Inizjamed hija organizzazzjoni kulturali Mediterranja li twaqqfet fl-1998 bil-għan li tmexxi proġetti kulturali u artistiċi fuq livell lokali u internazzjonali. Il-biċċa l-kbira tal-inizjattivi ta’ Inizjamed huma marbutin mal-kitba kreattiva bil-Malti, fosthom l-organizzazzjoni ta’ workshops ma’ awturi magħrufin u festivals tal-letteratura, iżda dejjem ikun hemm interazzjoni ma’ forom oħra tal-arti, bħat-teatru, il-mużika u l-arti viżiva. Isiru wkoll ħafna proġetti f’oqsma artistiċi u kulturali oħrajn