Attività għat-tfal bejn is-7 u d-9 snin immexxija minn Antoinette Borg u Loranne Vella. Xalata ta’ karattri u avventuri ġodda fil-kotba ġodda mis-sensiela bil-Malti ‘Rumanzini’. Hemm xi ħaġa għal kulħadd – għal min iħobb il-pirati, il-ballerini jew il-fantaxjenza.  Nistednuk tintilef f’dawn l-avventuri. Narawk!

Hija obbligatorja li tirreġistra minn qabel għall-avvenimenti kollha tal-programm tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb. Ibbukkja post għal dan l-avveniment billi tibgħat email fuq info@merlinpublishers.com

M’hemmx għalfejn tippreżenta ċertifikat tat-tilqim għal dan l-avveniment tat-tfal.

Żjarat fiż-żona tal-ħwienet tal-kotba ma jeħtiġux reġistrazzjoni minn qabel u lanqas il-preżentazzjoni ta’ ċertifikat ta’ tilqim.