Il-mistieden speċjali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2021, magħruf għar-rappreżentazzjoni tal-kultura Skoċċiża b’rumanzi miktubin b’sens ta’ realiżmu li ma jemminx bi skrupli u lanqas b’kompromessi, Irvine Welsh, se jkun qed jipparteċipa f’intervista estiża li fiha se jiddiskuti ħajtu u x-xogħlijiet tiegħu mal-awtur ta’ kitbiet politiko-satiriċi Wayne Flask. 

Wara din l-attività Irvine Welsh se jkun qed jiffirma l-kotba.

Hija obbligatorja li tirreġistra minn qabel għall-avvenimenti kollha tal-programm tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb.
Ibbukkja post għal dan l-avveniment fuq showshappening.com

Id-dħul għall-avvenimenti kollha tal-programm tal-Festival jeħtieġ il-preżentazzjoni ta’ ċertifikat validu ta’ tilqim.

Żjarat fiż-żona tal-ħwienet tal-kotba ma jeħtiġux reġistrazzjoni minn qabel u lanqas il-preżentazzjoni ta’ ċertifikat ta’ tilqim.