F’din l-attività, l-Għaqda tal-Malti – Università se tagħti introduzzjoni ħafifa dwar l-istorja tal-ortografija Maltija. Wara dan se tgħaddi għall-qofol tal-attività li se jkun kwizz dwar il-Malti antik. Il-parteċipanti (maqsumin f’pari) se jiġu ppreżentanti mistoqsijiet dwar il-Malti antik u jingħataw siltiet x’jaqilbu għall-Malti modern, bil-ħin. Il-pubbliku jista’ jsegwi l-attività simultanjament.

Hija obbligatorja li tirreġistra minn qabel għall-avvenimenti kollha tal-programm tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb. Ibbukkja post għal dan l-avveniment billi tibgħat email fuq info@ghmu.org.mt .

Id-dħul għal dan l-avveniment ikun permissibbli biss jekk tippreżenta ċertifikat validu tat-tilqim.

Żjarat fiż-żona tal-ħwienet tal-kotba ma jeħtiġux reġistrazzjoni minn qabel u lanqas il-preżentazzjoni ta’ ċertifikat ta’ tilqim.