Attività li se twassal lill-udjenza siltiet differenti ta’ żewġ tipi differenti ta’ mużika Maltija folkloristika: il-makkjetta u l-għana la Bormliża. Apparti l-artisti lokali akkumpanjati mill-mużiċisti, l-Għaqda tal-Malti – Università ħadet ħsieb tistieden kelliem li se jitkellem dwar l-oriġini tal-makkjetta u l-karatteristiċi tagħha.
Hija obbligatorja li tirreġistra minn qabel għall-avvenimenti kollha tal-programm tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb. Ibbukkja post għal dan l-avveniment billi tibgħat email fuq info@ghmu.org.mt
Id-dħul għal dan l-avveniment ikun permissibbli biss jekk tippreżenta ċertifikat validu tat-tilqim.
Żjarat fiż-żona tal-ħwienet tal-kotba ma jeħtiġux reġistrazzjoni minn qabel u lanqas il-preżentazzjoni ta’ ċertifikat ta’ tilqim.