Din is-sena l-iskola ta’ San Anton varat sfida eċitanti dwar il-qari bil-Malti: L-Isfida Msella. L-istudenti qraw tliet kotba fi tliet xhur u ħadmu fuq proġetti mnebbħa minnhom, fosthom posters, kitba kreattiva u trailers tal-kotba. Waqt din is-serata, l-istudenti li pparteċipaw se jingħataw premju talli temmew b’suċċess din l-isfida.

Reġistrazzjoni minn qabel għall-avvenimenti kollha tal-programm tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb hija obbligatorja.

M’hemmx għalfejn tippreżenta ċertifikat tat-tilqim għal dan l-avveniment tat-tfal.

Żjarat fiż-żona tal-bejgħ tal-Fiera ma jeħtiġux reġistrazzjoni minn qabel jew il-preżentazzjoni ta’ ċertifikat ta’ tilqim.