Ftit huma l-awturi u x-xogħlijiet li influwenzaw il-letteratura Maltija tal-bidu tal-millenju daqs dawk bikrija ta’ Irvine Welsh. Fit-tentattiv li tegħleb il-limiti tal-letteratura Maltija fil-bidu tal-millenju, id-dar tal-pubblikazzjoni Minima tat leħen lil ġenerazzjoni ġdida ta’ kittieba żgħażagħ bla inibizzjonijiet bħal Ġużè Stagno u Immanuel Mifsud.
F’diskussjoni mmoderata minn Mark Vella, Mifsud se jingħaqad mal-awtur ċelebri ta’ Trainspotting biex jiddiskuti, fost affarijiet oħra, il-firxa globali tal-letteratura ta’ Welsh.
Hija obbligatorja li tirreġistra minn qabel għall-avvenimenti kollha tal-programm tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb. Ibbukkja post għal dan l-avveniment fuq showshappening.com .
Id-dħul għall-avvenimenti kollha tal-programm tal-Festival jeħtieġ il-preżentazzjoni ta’ ċertifikat validu ta’ tilqim.
Żjarat fiż-żona tal-ħwienet tal-kotba ma jeħtiġux reġistrazzjoni minn qabel u lanqas il-preżentazzjoni ta’ ċertifikat ta’ tilqim.