Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb kontinwament ifittex li jwassal il-letteratura Maltija għand firxa usa’ ta’ qarrejja billi jissieħeb ma’ pubblikaturi internazzjonali u jappoġġja t-traduzzjoni ta’ xogħlijiet ewlenin. Nick Kent (Peter Owen Publishers – Renju Unit), Kat Storace (Praspar Press – Renju Unit), Fatimah Abbas (Dar Noon Publishing – Eġittu), u Angela Arce (Colmillo Blanco – Perù) huma erba’ pubblikaturi li riċentement ippubblikaw kotba minn Malta. Se jitkellmu dwar l-attrazzjoni tal-letteratura Maltija u kif inhi tintlaqa’ lil hinn minn xtutna.