Jixxandru filmati u siltiet awdjoviżivi mill-programmi tal-istazzjoni diġitali ġdid Perlina TV, li se jkun fih materjal edukattiv u oriġinali bil-Malti għat-tfal bejn 0 u 11-il sena. Ingħaqad magħna għal togħma ta’ din il-pjattaforma, li se tkun aċċessibbli għall-pubbliku bħala sit online u anke app minn App Store u Google Play fil-ġimgħat li ġejjin!