![](https://ktieb.org.mt/wp-content/uploads/2024/09/SATURDAY-MBF24_FacebookEventPages_1920x1005px_otherevents_final_SRH3-1-scaled.jpg)
Jixxandru filmati u siltiet awdjoviżivi mill-programmi tal-app ġdida Perlina TV, li se jkun fiha materjal edukattiv u oriġinali bil-Malti għat-tfal bejn 0 u 9 snin. Ingħaqad magħna għal togħma ta’ din il-pjattaforma, li se tkun aċċessibbli għall-pubbliku bħala sit online u anke app minn App Store u Google Play fil-ġimgħat li ġejjin!