Attività mmirata għal tfal bejn is-sitt u l-ħdax-il sena, fejn bebbuxu tawwali bl-isem ta’ Sperillu, li hu ġurnalist u editur tal-gazzetta Ħamrija, se jiġi intervistat mit-tfal dwar il-ħarsien tal-ambjent u dwar il-karattri prinċipali fil-ktieb Sperillu u l-Gazzetta Ħamrija, miktub minn Natasha Turner, b’ informazzjoni xjentifika ta’ Arnold, Romario u Jeffrey Sciberras u illustrazzjonijiet ta’ Cynthia Saliba.

Faraxa, imnedija fl-2011, hija dar tal-pubblikazzjoni li tipproduċi pubblikazzjonijiet għalkollox professjonali fuq ġeneri ta’ kitba mill-aktar varjati. It-tim ta’ Faraxa, immexxi minn Joanne Micallef, jispira ruħu mill-kreattivita ta’ xibka globali ta’ awturi magħżulin bir-reqqa, mill-passjoni tagħhom għall-kotba u d-determinazzjoni biex tintlaħaq kwalita għolja f’dan il-qasam.

Dan il-ktieb huwa ppreżentat b’kollaborazzjoni mal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu.