Midsea Books Ltd. u Klabb Kotba Matin huma meqjusa fost il-pubblikaturi ewlenin f’Malta. Id-dar tal-pubblikazzjoni twaqqfet minn Pawlu Mizzi fl-1969. Din is-sena l-KKM qed jiċċelebra l-50 anniversarju mill-pubblikazzjoni tal-ewwel ktieb Il-Gaġġa fl-1971. Midsea Books u s-sussidjarji tagħha Klabb Kotba Maltin u Heritage Books jippubblikaw ġeneri differenti ta’ kotba, minn dawk għat-tfal, rumanzi u novelli, sa storja u kotba tal-arti dwar Malta. Bosta mill-kotba ppubblikati huma rebbieħa ta’ premjijiet jew ġew imsemmija fi premjijiet letterarji kemm Malta kif ukoll barra.