Narcy Calamatta jitqies bħala ikona tat-teatru f’Malta. Ippubblika Why Commedia? Why Malta? Kif ukoll it-traduzzjoni tiegħu Għaliex Commedia? Għaliex Malta? Ħareġ ukoll Endgame bil-Malti, traduzzjoni tal-kummiedja ta’ Samuel Beckett. Ħareġ ukoll 1,2,3, Love li jinkludi 3 kummiedji oriġinali bl-Ingliż. Kull ktieb jinkludi esejs akkademiċi fuq is-suġġetti relatati.