Ħafna mill-istejjer stampati, fattwali jew immaġinati, qabelxejn jiddependu mill-kelma biex jirrappurtaw x’seħħ, jixprunaw l-immaġinazzjoni, jew iwasslu messaġġ. Ladarba nikbru u mmorru lil hinn mill-kotba tal-istampi, l-istampi jitqiesu bħala sempliċiment akkumpanjament tat-test. Din id-diskussjoni se tlaqqa’ flimkien ġurnalisti u prattikanti kreattivi li bil-mod uniku tagħhom ipoġġu l-immaġni fuq quddiem tal-proċess tar-rakkuntar ta’ storja. Din id-diskussjoni se tkun immoderata minn Teodor Reljić, bil-parteċipazzjoni tal-kartunista Joe Sacco, il-fotoġurnalista Joanna Demarco u l-illustratur Gattaldo.