Paul Fenech Gonzi huwa l-awtur ta’ Ġuda: Ir-Rivelazzjonijiet ta’ Malta, l-istorja li fiha jmut Joshua Sacco waqt li jkollu pussess ta’ sigriet, li potenzjalment jeqred waħda mill-akbar ħrejjef tal-umanità u jheżżeż il-pedamenti tal-Knisja Kattolika. L-istorja twassal għar-rivelazzjonijiet ta’ stejjer li raqdu għal millenji sħaħ fix-xtut tal-gżejjer Maltin u t-tradizzjonijiet Pawlini tagħha b’għeruq fondi. Kopji tal-ktieb se jkunu għall-bejgħ waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb.