Konverżazzjoni ma’ Isabella Ellul Cefai, it-traduttriċi għat-Taljan tar-rumanz klassiku tal-letteratura Maltija, Leli ta’ Ħaż-Żgħir ta’ Ġużè Ellul Mercer. Id-diskussjoni se tinkludi wkoll lil Carlo Morrone (il-pubblikatur), Charles Briffa (id-Dipartiment tat-Traduzzjoni, it-Terminoloġija u l-Istudju tal-Interpretar – Università ta’ Malta), Arnold Cassola (Professur tal-Malti u l-Letteratura Kontemporanja – Università ta’ Malta) u Simona Cassano (il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb).
Dil-pubblikazzjoni kienet megħjuna finanzjarjament bi pjaċir mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb.
Dan l-avveniment ikun bil-Malti u bl-Ingliż.
L-Istituto Italiano di Cultura twaqqaf fi Frar tal-1971 u huwa wkoll is-Sezzjoni Kulturali tal-Ambaxxata Taljana f’Malta. L-Istituto huwa simbolu tal-kultura Taljana f’Malta, u l-għan ewlieni tiegħu huwa li jxerred dil-kultura u l-arti tagħha. Dan jagħmlu billi jorganizza attivitajiet kulturali, imexxi librerija li minnha jistgħu jissellfu l-kotba l-membri tagħha, u jikkollabora fil-qasam tal-edukazzjoni. Ħa ħsieb ukoll li jistabbilixxi xibka ta’ kuntatti bejn l-Università ta’ Malta u studji ta’ riċerka f’universitajiet Taljani, organizzazzjonijiet tal-istat u istituzzjonijiet oħra. L-Istituto jippromwovi avvenimenti bħal eżebizzjonijiet, kunċerti, drammi u konferenzi li jkunu miftuħa għal dawk kollha interessati fil-kultura u l-ħajja Taljana.