Ibbukkja post għas-sessjoni virtwali ta’ Mistoqsija u Tweġiba ma’ Sir Salman Rushdie billi tibgħat dik il-mistoqsija li tixtieq tistaqsi lill-awtur!
Sir Salman Rushdie huwa wieħed mill-aktar kittieba ċelebri ta’ żminijietna – ta’ kull żmien.. Meqjus provokaur brillanti, kittieb ta’ numru ta’ rumanzi li llum saru klassiċi letterarji, influwenzatur ta’ ġenerazzjoni ta’ kittieba, u onorat bil-Kavallerat tar-Reġina “għas-servizz lil-letteratura”, Rushdie jista’ jitqies kemm bħala ikona tal-kultura pop u anki bħala wieħed mill-aktar xbihat kellemija tal-libertà tal-kelma.
Is-sessjoni ta’ Mistoqsija u Tweġiba
Anki jekk ma jistax ikun Malta fiżikament, Rushdie se jinteraġixxi direttament mal-istudenti u l-qarrejja b’mod diġitali. Biex inżommu kemm jista’ jkun spirtu ta’ skambju n-numru ta’ parteċipanti mhux se jaqbeż l-40. Dawk interessati jibbukkjaw posthom għas-sessjoni jridu jibagħtu dik il-mistoqsija li jixtiequ jistaqsu lil Rushdie: aħjar il-mistoqsija, akbar iċ-ċans li tassigura post. Kulħadd se jkun jista’ jaċċessa din l-attività li se tkun imxandra dirett.
Għoxrin mill-erbgħin post għal dis-sessjoni se jkunu rriżervati għal dawk li jkunu bagħtulna l-aħjar mistoqsijiet. Issottometti l-mistoqsija tiegħek billi tibgħatha f’imejl lil michael.mercieca@gov.mt sal-31 t’Ottubru bit-titlu tal-imejl ikun ‘MBF2020 Q&A’. Fl-imejl niżżel ukoll ismek, kunjomok u numru ta’ kuntatt.
Se nagħmlu ħilitna biex l-istudenti jieħdu kemm jistgħu minn din l-okkażjoni ta’ darba fil li jitkellmu ma’ intellettwali pubbliku u wieħed mill-aktar ħassieba u promoturi provokanti tal-libertà tal-kelma. Għalhekk qed naħdmu mad-Dipartiment tal-Ingliż tal-Università ta’ Malta u d-Dipartiment tal-Assoċjazzjoni tal-Istudenti tal-Ingliż (DESA) sabiex jassiguraw għoxrin post mill-erbgħin esklussivament għal studenti universitarji. is-sessjoni se titmexxa minn Prof James Corby, Professur Assoċjat u Kap tad-Diartiment tal-Ingliż.
Dawk l-istudenti li jixtiequ jipparteċipaw fis-sessjoni ta’ Mistoqsija u Tweġiba mitluba jibagħtu l-mistoqsija tagħhom lid-DESA fuq desa.uom@gmail.com u jniżżlu wkoll isimhom, kunjomhom u numru ta’ kuntatt sa mhux aktar tard mill-31 t’Ottubru.
Xandira diretta