
Ruth Frendo, il-kittieba u personalità televiżiva magħrufa, tagħti ħarsa lejn is-serje ta’ kotba Id-Dinja tal-Orsini, liema kotba nħadmu bir-realtà awmentata (augmented reality).
Ħames persunaġġi b’forom, kuluri u daqsijiet differenti jgħixu f’post speċjali. Flimkien, huma jgħaddu minn avventuri differenti. Bis-saħħa t’hekk, il-ħamest iħbieb jesploraw ħajjithom b’tali mod li jistgħu jifhmuh sew il-qarrejja tfal. Barra minn hekk, kull storja twassal għal avventura, ‘Orsina’, differenti, li dejjem tgħaddi messaġġ utli. L-istejjer tal-Orsini jfittxu li jiftħu l-imħuħ u l-qlub tat-tfal, sabiex juruhom kemm id-dinja tagħna hi tassew sabiħa u maġika!
Fost l-oħrajn, Ruth se taqra wħud mill-istejjer waqt li l-Orsini speċjali se jiġu mogħtija l-ħajja grazzi għar-realtà awmentata. L-istejjer jistgħu jinqraw mill-adulti lit-tfal, kif ukoll mit-tfal infushom.
Is-serje ta’ kotba interattivi ġiet megħjuna mill-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu u mill-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol. Dan il-proġett kellu fondi ta’ produzzjoni mill-Kummissjoni Maltija tal-Films, filwaqt li d-disinn u l-produzzjoni tas-sets saru mill-MCAST.
Miller Distributors Ltd – Miller Distributors is the leading book importer and distributor in Malta and Gozo. We represent a large number of foreign and local publishers at all publishing levels, from children’s books to university texts and beyond. We supply a wide range of local retail customers with their book requirements and offer strong support services.