Introduċi lill-istudenti tiegħek għad-dinjiet maġiċi u avventurużi mill-pinna tal-aqwa awturi Maltin tal-kotba tat-tfal, u ggarantixxi esperjenza indimentikabbli bil-vidjo interattiv tagħna kkurat speċjalment għall-iskejjel!

Għin lil-librar Noel Tanti jimla l-ixkafef b’kotba ġodda waqt li tirbaħ il-punti billi twieġeb tajjeb għall-mistoqsijiet matul dal-kwizz.

Danusan se jkunu qed jospitaw kwizz spettakolari msejjes fuq stejjer, awturi u karattri minn xogħlijiet rebbieħa tal-Premju Terramaxka, li jista’ jkun aċċessat fil-kumdità tiegħek stess u mxandar direttament fil-klassi tiegħek.

‘Fejn Hemm il-Kotba Hemm il-Maġija’ għal tfal tal-Primarja.
Kwizz interattiv ispirat minn kotba rebbieħa tal-Premju Terramaxka għal tfal
minn 0 sa 10 snin.

 

‘Fejn Hemm il-Kotba Hemm il-Maġija’ għal tfal tas-Sekondarja.
Kwizz interattiv ispirat minn kotba rebbieħa tal-Premju Terramaxka għal tfal
bejn il-11 u s-16-il sena.