Waqt din is-sessjoni ta’ qari, l-awtriċi tal-kotba għat-tfal u preżentatriċi Ruth Frendo se tkun qed taqra mill-kotba tas-serje L-Għoġol tad-Deheb u Id-Dinja tal-Orsini. Dawn il-kotba interattivi bir-realtà miżjuda (AR) ġew megħjuna mill-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu u mill-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol u se jkunu għall-bejgħ bi prezz imraħħas.

Hija obbligatorja li tirreġistra minn qabel għall-avvenimenti kollha tal-programm tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb.
Ibbukkja post għal dan l-avveniment fuq: https://agendabookshop.com/pages/register

M’hemmx għalfejn tippreżenta ċertifikat tat-tilqim għal dan l-avveniment tat-tfal.

Żjarat fiż-żona tal-ħwienet tal-kotba ma jeħtiġux reġistrazzjoni minn qabel u lanqas il-preżentazzjoni ta’ ċertifikat ta’ tilqim.