Attività mmexxija minn Aunty Sab għal tfal bejn it-3 u s-6 snin. Ejja ltaqa’ ma’ Bow, ħlejqa li turi liż-żgħar nett illi li tħoss emozzjonijiet differenti hija esperjenza li ngħaddu minnha l-ħin kollu. F’din l-istorja Bow jesperjenza tmien sentimenti differenti f’ġurnata waħda u jaqsam mal-qarrejja ċkejknin kif sitwazzjonijiet differenti jġibu magħhom emozzjonijiet differenti ħafna waħda mill-oħra.

Hija obbligatorja li tirreġistra minn qabel għall-avvenimenti kollha tal-programm tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb. Ibbukkja post billi tibgħat email fuq info@merlinpublishers.com

Id-dħul għall-avvenimenti kollha tal-programm tal-Festival jeħtieġ il-preżentazzjoni ta’ ċertifikat validu ta’ tilqim.

Żjarat fiż-żona tal-bejgħ tal-Fiera ma jeħtiġux reġistrazzjoni minn qabel u lanqas il-preżentazzjoni ta’ ċertifikat ta’ tilqim.