Lara Calleja hija r-rebbieħa tal-Premju tal-Unjoni Ewropea għal-Letteratura (EUPL) tal-2021. Matul dan l-avveniment atturi magħrufa se jkunu qed jaqraw diversi stejjer qosra mill-ġabra ta’ novelli Kissirtu Kullimkien (Merlin Publishers, 2020).

Hija obbligatorja li tirreġistra minn qabel għall-avvenimenti kollha tal-programm tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb. Ibbukkja post għal dan l-avveniment billi tibgħat email fuq info.culturedesk@ewropakreattiva.mt

Id-dħul għal dan l-avveniment ikun permissibbli biss jekk tippreżenta ċertifikat validu tat-tilqim.

Żjarat fiż-żona tal-ħwienet tal-kotba ma jeħtiġux reġistrazzjoni minn qabel u lanqas il-preżentazzjoni ta’ ċertifikat ta’ tilqim.