Din il-kamra toffri ambjent ideali għall-awtiżmu, (bi stimulazzjoni baxxa, b’oġġetti bażiċi sensorjali u riżorsi ideali għall-awtiżmu) tippermetti lit-tfal fuq l-ispettru aċċess għal attivitajiet ta’ rakkuntar ta’ stejjer f’spazju sikur u inklussiv. Din il-kamra mmexxija mill-Fondazzjoni Inspire. Jingħata biss aċċess lil tfal akkumpanjati minn ġenituri jew edukaturi.