F’din l-attività, l-aġent letterarju veteran se jirrifletti fuq it-tranżizzjoni li għaddiet minnha d-dinja globali tal-pubblikazzjoni mill-bidu tad-disgħinijiet ’l hawn, u se jitkellem fuq l-irwol tal-aġent biex jimmassimizza l-potenzjal tal-awtur minn perspettiva kreattiva u ta’ negozju. Bħala aġent li ħadem ma’ diversi awturi bestsellers, fosthom John Boyne, u li ħadem fid-dinja tal-ktieb, il-film, it-teatru u d-diġitali, Trewin għandu biżżejjed esperjenza biex jitkellem fuq l-irwol tal-aġent u jwieġeb mistoqsijiet minn awturi prospettivi jew diġà ppubblikati, u individwi li jridu jibdew karriera fil-pubblikazzjoni.
Trid tirreġistra hawn taħt biex tattendi.