Opportunità unika ta’ 15-il minuta biex tiltaqa’ ma’ personalijiet differenti fid-dinja tal-pubblikazzjoni f’ambjent privat.

Fost il-professjonisti disponibbli għal laqgħa individwali se jkun hemm l-aġent ta’ John Boyne, Simon Trewin; l-editriċi tal-kotba Elizabeth Cortis; il-poeta lawreata Nadia Mifsud; l-illustratur u direttur tal-arti Gattaldo; il-pubblikatriċi u kofundatriċi ta’ Praspar Press Kat Storace; it-traduttriċi letterarja Jen Calleja; u l-awtriċi rebbieħa ta’ diversi premji u traduttriċi Antoinette Borg.

Ir-reġistrazzjonijiet għal Speed ​​Dating Letterarja: https://nbcmalta.simplybook.it/v2/