B’kollaborazzjoni ma’ Żebbuġ Learning Studio, id-dar tal-pubblikazzjoni Faraxa tistieden lit-tfal u lill-ġenituri/gwardjani biex jiskopru l-pjaċir tal-qari tal-istejjer b’attivitajiet divertenti li jinkludu logħob u krafts li jgħinu biex itejbu l-fehim u titkebbes l-imħabba tat-tagħlim.

Hija obbligatorja li tirreġistra minn qabel għall-avvenimenti kollha tal-programm tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb. Ibbukkja post għal dan l-avveniment billi tibgħat email fuq info@faraxapublishing.com

M’hemmx għalfejn tippreżenta ċertifikat tat-tilqim għal dan l-avveniment tat-tfal.

Żjarat fiż-żona tal-ħwienet tal-kotba ma jeħtiġux reġistrazzjoni minn qabel u lanqas il-preżentazzjoni ta’ ċertifikat ta’ tilqim.