Ingħaqdu magħna għat-tħabbira tar-rebbieħa u għal qari mill-poeti rebbieħa tal-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef ta’ din is-sena. Issa fit-tielet edizzjoni tiegħu, il-konkors prestiġjuż kien tnieda mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb fl-2019 bil-għan li jsaħħaħ il-kitba poetika f’Malta u jonora l-aħjar poeżija miktuba bil-Malti.