Ingħaqdu magħna għat-tħabbir tar-rebbieħa u għal qari mill-poeti rebbieħa tal-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef ta’ din is-sena. Waqt din l-attività, il-KNK se jħabbar ukoll kollaborazzjoni ma’ Modern Poetry Translation (MPT), rivista dedikata għall-aqwa poeżija dinjija kontemporanja. Grazzi għal din il-kollaborazzjoni, fil-ħarġa tas-sajf tal-2023, MPT se tiddedika sezzjoni għall-poeżija Maltija tradotta bl-Ingliż.