X’inhi l-istorja tat-teatru Malti? Kif reġa’ qam fuq saqajh? Għaliex hu relevanti?
Il-lettur Dr Marco Galea, id-Direttur ta’ Teatru Malta Sean Buhagiar u d-Direttriċi ta’ Dù Theatre, kittieba u attriċi Simone Spiteri se jieħdu sehem f’din id-diskussjoni mmexxija minn Stephanie Bonnici, li taħdem fil-qasam tat-teatru mil-lat ta’ produzzjoni u mmaniġġjar.
Dan l-avveniment huwa ppreżentat mill-Għaqda tal-Malti – Università. L-Għaqda tal-Malti – Università twaqqfet minn żewġ studenti tal-Mediċina, Rużar Briffa u Ġużè Bonnici, fis-26 ta’ Jannar 1931. Fl-istess sena bdew joħorġu Leħen il-Malti, rivista li għadha toħroġ sal-lum, u titnieda kull sena fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb. Matul is-snin, l-Għaqda tmexxiet minn personaġġi prominenti fil-Malti bħall-Professuri Pietru Pawl Saydon, Ġużè Aquilina, Dun Karm Sant u Oliver Friggieri. F’dawn l-aħħar snin l-Għaqda fittxet li tinvesti aktar fi proġetti edukattivi u interdixxiplinarji, speċjalment għaż-żgħażagħ.