Kunċert ta’ siegħa mżewwaq bil-mużika u l-ħsejjes distinti ta’ The New Victorians misluta minn VII u Il-Fidwa tal-Bdiewa: żewġ spettakli b’mużika oriġinali tal-istess grupp mużikali. Għal din il-produzzjoni friska fi ħdan il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2023, Teatru Malta ħaseb sabiex mill-ġdid ipaxxi widnejn l-udjenzi tiegħu u jwasslilhom fost l-aqwa siltiet minn dawn iż-żewġ produzzjoni f’kunċert imżewwaq b’mużika u kitbiet fost l-aktar rikki.

Il-programmi teatrali ta’ Teatru Malta fl-2019 u fl-2022 iċċelebraw żewġ anniversarji. VII kien immarka ċ-ċentenarju ta’ wieħed mill-aktar episodji diskussi fl-istorja riċenti ta’ pajjiżna – il-famuż Sette Giugno, u Il-Fidwa tal-Bdiewa kien omaġġ awdjo-teatrali lejn ix-xogħol letterarju ta’ Ninu Cremona għall-50 sena anniversarju mill-mewt ta’ dan il-ġgant letterarju. Dawn iż-żewġ spettakli kienu koproduzzjonijiet bejn Teatru Malta u Fondazzjoni Ċelebrazzjonijiet Nazzjonali.

 

Biljetti

Taħt il-25 sena – €5.00
Kull min għandu taħt il-25 sena huwa eliġibbli għal din il-konċessjoni. Jekk jogħġbok ipprovdi l-verifika meħtieġa fejn applikabbli.

Konċessjoni Ġenerali – €12.00
Dawk li għandom aktar minn 60 sena, donaturi tad-demm, infermiera, jew tfal huma eliġibbli għal konċessjoni. Jekk jogħġbok ipprovdi l-verifika meħtieġa fejn applikabbli.

Standard – €15.00

Ikseb il-biljetti tiegħek minn Showshappening.com