Kulħadd jaf x’inhi l-Wikipedija, imma kont taf li int ukoll tista’ ssir editur tagħha, flimkien ma’ eluf oħra ta’ nies bħalek madwar id-dinja? F’dan il-workshop tiskopri sew kif taħdem il-Wikipedija u proġetti oħra tal-Wikimedia u b’hekk tkun tista’ tieħu sehem fl-edit-a-toni ta’ Wikimedia Community Malta waqt il-Festival u wara.