Diskussjoni dwar il-letteratura ta’ protesta b’referenza għall-aktar kontribuzzjonijiet artistiċi riċenti.

Il-letteratura ta’ protesta ngħatat titli varji tul iż-żminijiet. F’waqtiet hija xokkanti, tfittex li tqanqal l-empatija lejn l-Ieħor li bosta drabi huwa vulnerabbli, jew tkun forma skjetta ta’ attiviżmu. Madankollu dawn kollha jfittxu finalment li jagħrfu l-ħtieġa għall-bidla u l-letteratura ta’ protesta tilħaq lill-poplu biex twassal il-valuri tagħha bħala gwida, inkella billi toffri lilha nnifisha bħala mera tas-soċjetà. 

Il-forom varji tal-espressjoni ta’ protesta f’Malta u l-kelma miktuba se jkunu diskussi waqt din il-konverżazzjoni mmoderata minn Adrian Grima u bil-parteċipazzjoni ta’ Karl Schembri, Wayne FlaskNadia Mifsud Mutschler u Zvezdan Reljić.