Irfina senegħtek fil-kitba fittizja b’dal-workshop li se jitmexxa minn Richard Skinner, id-Direttur tal-Finzjoni fl-Akkademja Faber, li se tiffoka fuq l-iżvilupp tal-karattri u rwol in-narratur. Jinġiebu eżempji minn kittieba famużi bħal Alice Munro, Andre Debus, Han Kang, u Julian Barnes. F’din is-sessjoni l-udjenza se jkollha ċ-ċans tiddjaloga ma’ Skinner f’MuT dwar l-istadji varji fl-editjar ta’ manuskritt qabel il-pass finali tal-pubblikazzjoni, l-importanza ta’ kapitlu tajjeb fil-bidu, u rwol l-aġenti letterarji fl-industrija tal-pubblikazzjoni.

Ħin: 09:30–15:00 (siegħa pawża għall-ikel)
Post: Is-Sala tal-Kittieba
Il-workshop imfassal għal udjenza adulta (18+)
Dan il-workshop jiswa €20, li jinkludi waqfa għall-ikel u x-xorb.

Trid tinkiteb biex tieħu sehem f’dan il-workshop, u hemm 15-il post disponibbli. Ibbukkja kmieni sabiex inżommulek post!

Richard Skinner huwa d-direttur tal-programm tax-xogħlijiet fittizji tal-Faber Academy, u s-sehem tiegħu rwol f’din l-akkademja kiene wieħed importanti sa minn twelidha fl-2009. Huwa l-moħħ wara l-aqwa kors tal-akkademja, Writing a Novel, li ra numru rekord ta’ studenti tiegħu jiksbu ftehim għal pubblikazzjoni. Riċentament nieda serje ta’ għaxar masterclasses, fejn qasam l-esperjenza tiegħu mit-tagħlim ta’ dan il-kors matul dawn l-aħħar għaxar snin f’sessjonijiet intensivi u avvanzati dwar elementi speċifiċi tal-proċess tal-kitba.

Irreġistra hawn taħt.