Id-dar tal-pubblikazzjoni Horizons se tkun qed tniedi disa’ kotba f’serata memorabbli fil-preżenza tal-awturi Ben Agius (Iben il-Quisling), Helen Borg (Għal Dejjem u Ftit), Michael Cini (Il-Ħalfa tad-Destin), Stephen Lughermo (Ċelel bla Ħitan), Jacqueline Mizzi (Noti Blu), Ġorġ Peresso (L-Aħħar Warda), Salv Sammut (Triloġija: Waqtiet, Attentat u Lady M), John Buttigieg (Jifridna biss is-Skiet) u Vincent Vella (Inside the Horse).

Hija obbligatorja li tirreġistra minn qabel għall-avvenimenti kollha tal-programm tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb. Ibbukkja post għal dan l-avveniment billi tibgħat email fuq [email protected]ns.com.mt .

Id-dħul għal dan l-avveniment ikun permissibbli biss jekk tippreżenta ċertifikat validu tat-tilqim.

Żjarat fiż-żona tal-ħwienet tal-kotba ma jeħtiġux reġistrazzjoni minn qabel u lanqas il-preżentazzjoni ta’ ċertifikat ta’ tilqim.