Strangers I’ll Never Forget hija kollezzjoni ta’ stejjer strambi, qosra, mhux fittizji u kreattivi, kif jiddeskrivihom l-awtur debuttanti MJ Camilleri. Permezz ta’ dawn l-istejjer, li jkopru tliet deċennji, Camilleri jintroduċi lill-qarrejja għal varjetà wiesgħa ta’ karattri u sitwazzjonijiet – xi wħud komiċi, xi wħud kważi tal-waħx – li għexhom kollha hu stess, iżda li jirrakkontahom mill-ġdid fit-tielet persuna. MJ Camilleri se jkun qed jiddiskuti dawn l-istejjer ma’ Thomas Camilleri f’diskussjoni mmoderata minn Teodor Reljić.

Hija obbligatorja li tirreġistra minn qabel għall-avvenimenti kollha tal-programm tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb. Ibbukkja post għal dan l-avveniment billi tibgħat email fuq [email protected] .

Id-dħul għal dan l-avveniment ikun permissibbli biss jekk tippreżenta ċertifikat validu tat-tilqim.

Żjarat fiż-żona tal-ħwienet tal-kotba ma jeħtiġux reġistrazzjoni minn qabel u lanqas il-preżentazzjoni ta’ ċertifikat ta’ tilqim.