Bl-appoġġ tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, Peter Owen Publishers qed iniedu The Exodus of the Storks, l-ewwel traduzzjoni bl-Ingliż tar-rumanz ta’ Walid Nabhan L-Eżodu taċ-Ċikonji (2013). Id-Direttur ta’ Peter Owen Publishers, Nick Kent, se jippreżenta t-traduzzjoni ta’ Albert Gatt ta’ dar-rumanz rebbieħ tal-Premju tal-Unjoni Ewropea għal-Letteratura 2017 flimkien mal-awtur Walid Nabhan. Id-diskussjoni se tkun immexxija mill-Prof Adrian Grima.

Hija obbligatorja li tirreġistra minn qabel għall-avvenimenti kollha tal-programm tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb.
Ibbukkja post għal dan l-avveniment fuq: www.showshappening.com

Id-dħul għal dan l-avveniment ikun permissibbli biss jekk tippreżenta ċertifikat validu tat-tilqim.

Żjarat fiż-żona tal-ħwienet tal-kotba ma jeħtiġux reġistrazzjoni minn qabel u lanqas il-preżentazzjoni ta’ ċertifikat ta’ tilqim.