Teatru Malta se jkun qed iniedi sitt pubblikazzjonijiet ġodda f’żewġ serje differenti ta’ kotba. Proġett Klassiċi jkopri x-xogħlijiet ta’ drammaturgi kanoniċi bħal Ionesco, Pinter, Rame u Fo, kollha tradotti għall-Malti, filwaqt li Programm Kitba Ġdida se jagħti pjattaforma lil tlieta mill-proġetti t’eċċellenza ta’ Teatru Malta, jiġifieri ‘Raymond “Fight” Beck’, ‘VII’ u ‘L-Interrogazzjoni’. F’din l-attività, immoderata mid-Direttur Artistiku ta’ Teatru Malta Sean Buhagiar, se jieħdu sehem Mireille Estelle Camilleri, Dr. Marco Galea, Simon Bartolo, Alfred Buttigieg u Andrè Mangion.

Hija obbligatorja li tirreġistra minn qabel għall-avvenimenti kollha tal-programm tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb. Ibbukkja post għal dan l-avveniment tibgħat email fuq [email protected] .

Id-dħul għal dan l-avveniment ikun permissibbli biss jekk tippreżenta ċertifikat validu tat-tilqim.

Żjarat fiż-żona tal-ħwienet tal-kotba ma jeħtiġux reġistrazzjoni minn qabel u lanqas il-preżentazzjoni ta’ ċertifikat ta’ tilqim.