Preżentazzjoni tal-ktieb Kòshari. Racconti arabi e maltesi (Progedit) li fih novelli ta’ Clare Azzopardi, Oliver Friggieri, Adrian Grima u Trevor Żahra, tradotti għat-Taljan u editjati minn Aldo Nicosia. Il-preżentazzjoni se tkun segwita B’diskussjoni ma’ Aldo Nicosia, Irene Chias, u d-direttur tal-Istituto Italiano di Cultura, Serena Alessi.

Hija obbligatorja li tirreġistra minn qabel għall-avvenimenti kollha tal-programm tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb. Ibbukkja post għal dan l-avveniment billi tibgħat email fuq [email protected] .

Id-dħul għal dan l-avveniment ikun permissibbli biss jekk tippreżenta ċertifikat validu tat-tilqim.

Żjarat fiż-żona tal-ħwienet tal-kotba ma jeħtiġux reġistrazzjoni minn qabel u lanqas il-preżentazzjoni ta’ ċertifikat ta’ tilqim.