Attività mmexxija minn Clare Azzopardi u Leanne Ellul għal tfal ta’ bejn is-6 u d-9 snin. Il-Merlin Publishers għandna fatat speċjali! Fatat li mhux talli ma jbeżżax, talli dħuli u kollu praspar. Dal-fatat jismu Kaħlani. Imma dan Kaħlani mhux dejjem kien ħares. Kien jismu Sigismondo Trapani u kien ikanta l-opri. Kien minn B’Kara u kien jaqbad il-ferrovija biex imur it-Teatru tal-Opra, il-Belt. Ejja isma’ dwar il-praspar tiegħu u tal-fatati sħabu.

Hija obbligatorja li tirreġistra minn qabel għall-avvenimenti kollha tal-programm tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb. Ibbukkja post għal dan l-avveniment billi tibgħat email fuq [email protected]

M’hemmx għalfejn tippreżenta ċertifikat tat-tilqim għal dan l-avveniment tat-tfal.

Żjarat fiż-żona tal-ħwienet tal-kotba ma jeħtiġux reġistrazzjoni minn qabel u lanqas il-preżentazzjoni ta’ ċertifikat ta’ tilqim.