Taħdita informattiva dwar il-Programm Ewropa Kreattiva mill-Kap tal-Kultura ta’ Creative Europe Desk Malta, Joseph Lia. 

Ewropa Kreattiva 2021-2027 huwa l-programm ta’ Eur 2.4 biljun tal-UE li jappoġġja setturi kulturali u kreattivi. Ewropa Kreattiva qiegħda hemm biex tissalvagwardja, tiżviluppa u tippromwovi d-diversità u l-wirt kulturali u lingwistiku Ewropew, u żżid il-kompetittività u l-potenzjal ekonomiku tas-setturi kulturali u kreattivi.

Hija obbligatorja li tirreġistra minn qabel għall-avvenimenti kollha tal-programm tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb. Ibbukkja post għal dan l-avveniment billi tibgħat email fuq [email protected]

Id-dħul għal dan l-avveniment ikun permissibbli biss jekk tippreżenta ċertifikat validu tat-tilqim.

Żjarat fiż-żona tal-ħwienet tal-kotba ma jeħtiġux reġistrazzjoni minn qabel u lanqas il-preżentazzjoni ta’ ċertifikat ta’ tilqim.