Attività mmexxija minn John A. Bonello u mmirata għal tfal minn 8 snin ’il fuq. Ibbukkja post għal din l-attività fuq [email protected] biex tirċievi kodiċi ta’ aċċess għal Zoom.

Xandira diretta

Il-Merlin, mill-bidu tagħha fl-1964 sal-lum żviluppat fl-aktar dar ta’ pubblikazzjoni Maltija innovattiva u avventuruża. Il-Merlin Publishers għandha lista estensiva ta’ letteratura Maltija, u saret l-ewwel dar għall-parti l-kbira tal-awturi stabbiliti Maltin kif ukoll dejjem tilqa’ u tagħti l-opportunità lil awturi emerġenti.
Il-Merlin Publishers rebħet bosta drabi l-Premju tal-Aqwa Dar ta’ Pubblikazzjoni u dejjem kienet minn tal-ewwel bl-introduzzjoni u esperimentazzjoni ta’ stili ġodda ta’ produzzjoni, disinn u marketing.

Waqt din l-edizzjoni speċjali online tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb f’dawn iċ-ċirkostanzi straordinarji, il-pubblikazzjonijiet kollha tal-Merlin Publishers – li jinkludu kotba għat-tfal, għall-kbar, rumanzi, kotba non-fiction u kotba tal-iskola – se jkunu għall-bejgħ mis-sit tagħna www.merlinpublishers.com fejn se jkollna skontijiet u offerti speċjali għall-Festival.

Il-vawċers tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb jistgħu jissarrfu fuq il-pubblikazzjonijiet Merlin minn www.merlinpublishers.com