Attività mmexxija minn Clare Azzopardi għal tfal ta’ bejn il-5 u t-8 snin. Se nagħmlu festin ta’ qari mal-lupu l-aktar maħbub, Lupu Lupettu! Il-Lupu se jġib miegħu lill-ħbieb tiegħu ġodda Akiko, Lenard, Mustaċċi, u Kaptan Fsied, u dawk antiki Ġojjell, Kukku, Serafin u Ġakki. Int ġej?

Hija obbligatorja li tirreġistra minn qabel għall-avvenimenti kollha tal-programm tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb. Ibbukkja post għal dan l-avveniment billi tibgħat email fuq [email protected]

M’hemmx għalfejn tippreżenta ċertifikat tat-tilqim għal dan l-avveniment tat-tfal.

Żjarat fiż-żona tal-ħwienet tal-kotba ma jeħtiġux reġistrazzjoni minn qabel u lanqas il-preżentazzjoni ta’ ċertifikat ta’ tilqim.