‘Pito u Pita’ huwa dramm ta’ 20 minuta imtella’ minn Being Creative All Together, taħt id-direzzjoni ta’ Josue Formosa. Huwa bbażat fuq l-istorja miktuba minn Daniela Zerafa u illustrata minn Matt Stroud. L-istorja tippreżenta t-temi tal-imħabba, id-diversità u l-ugwaljanza u ssegwi l-istorja tal-kokka Muki li trabbi żewġ pitirrossi jisimhom Pito u Pita. Dan huwa dramm b’element ta’ fantasija addattat għall-pubbliku ġenerali u se jkun segwit minn diskussjoni qasira mal-awtriċi.

Hija obbligatorja li tirreġistra minn qabel għall-avvenimenti kollha tal-programm tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb. Ibbukkja post għal dan l-avveniment billi tibgħat email fuq [email protected] .

M’hemmx għalfejn tippreżenta ċertifikat tat-tilqim għal dan l-avveniment tat-tfal.

Żjarat fiż-żona tal-ħwienet tal-kotba ma jeħtiġux reġistrazzjoni minn qabel u lanqas il-preżentazzjoni ta’ ċertifikat ta’ tilqim.