Xenati minn fuq il-Palk, Ċajt ta’ wara l-Kwinti hu ġabra ta’ inċidenti umoristiċi li ġraw lill-atturi fuq il-palk; avventuri u praspar li fihom kienu involuti atturi veterani bħal Ġemma Portelli, Charles Thake, Karmen Azzopardi u George Portelli, u ħafna oħrajn fosthom li narawhom fuq il-palk jew fuq it-televiżjoni. Ron Briffa se jagħti performance u jaqsam mal-pubbliku xi aneddoti li sal-lum kienu baqgħu mistura.

Hija obbligatorja li tirreġistra minn qabel għall-avvenimenti kollha tal-programm tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb. Ibbukkja post għal dan l-avveniment billi tibgħat email fuq [email protected] .

Id-dħul għal dan l-avveniment ikun permissibbli biss jekk tippreżenta ċertifikat validu tat-tilqim.

Żjarat fiż-żona tal-ħwienet tal-kotba ma jeħtiġux reġistrazzjoni minn qabel u lanqas il-preżentazzjoni ta’ ċertifikat ta’ tilqim.