
F’dan l-episodju mis-sensiela ‘Taħt il-Qoxra’ Rachelle Deguara tkellmet ma’ Prof. Clare Vassallo.
Mal-mistiedna ddiskutejna l-prattika tat-traduzzjoni letterarja u l-kunsiderazzjonijiet li jrid iżomm f’moħħu traduttur tal-letteratura, kemm għandu jitbiegħed mit-test oriġinali jew jekk jeżistix dan il-limitu, dwar il-kitba bl-Ingliż tal-Letteratura Maltija, u dwar testi Maltin li għall-mistiedna ma jistgħux jinqalbu, fost oħrajn.
Isma’ l-intervista sħiħa hawnhekk.
Prof. Clare Vassallo taħdem fid-Dipartiment tal-Istudji tat-Traduzzjoni, it-Terminoloġija u l-Interpretar fi ħdan l-Università ta’ Malta. Hija wkoll it-traduttriċi ta’ għadd ta’ testi letterarji Maltin. Bħalissa qed taqleb għall-Ingliż il-poeżija kollha ta’ Dun Karm.
Il-Kunsill Nazzjonalli tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema ta’ Radju Malta 1 għall-għajnuna bix-xandir tal-programm.