Nyctophilia – l-attrazzjoni lejn id-dlam jew il-lejl; sens ta’ identità jew appartenenza lejn kulma hu ta’ xeħta oskura. B’dit-tema bħala nebħ Daniel Schembri, isem ġdid fix-xena letterarja Maltija, jippreżenta r-rumanz ‘Nyctophilia’.

Kien hemm diversi reazzjonijiet lejn dan ir-rumanz, li jvarjaw minn dawk marbutin man-narrattiva espliċita, is-sitwazzjonijiet tabù li jsibu ruħhom fihom il-karattri deskritti bħala “kantunieri skuri u devjanti” (Lara Calleja), it-tip ta’ lingwaġġ “għeri” (Josianne Block), u l-kontribuzzjoni tal-kitba ta’ Schembri fl-ambitu lokali letterarju.

Mal-awtur u Simon Bartolo tkellimna dwar dawn u oħrajn.

Biex tixtri ‘Nyctophilia’ ta’ Daniel Schembri ibgħat lill-awtur fuq [email protected] jew mingħand BDL hawnhekk: https://bdlbooks.com/product/nyctophilia/

Infakkru lis-semmiegħa li fl-istess ħin dan l-episodju qed jixxandar fuq Radju Malta. Tista’ anki ssibu fuq is-sit www.ktieb.org.mt u mill-Youtube u Souncloud tal-KNK.


Share Article