
F’dan l-episodju mis-sensiela Taħt il-Qoxra Rachelle Deguara tkellmet ma’ Maryanne Fenech.
Mal-mistiedna tkellimna dwar il-letteratura fantaxjenfitika għaż-żgħażagħ: l-element realistiku, l-influwenza tal-anime fuq l-awtriċi, il-letterarjetà tal-ġeneru u l-awturi tal-fantaxjenza u kif iħarsu lejn il-ġeneru, fost oħrajn. Dan kollu fl-isfond tar-rumanz tagħha Fables from Miragasia: The Upbringing.
Isma’ l-intervista sħiħa hawnhekk.
Maryanne Fenech bdiet tikteb fl-2015. Minn dejjem kienu joġħġbuha l-istejjer fantaxjentifiċi u l-anime.
Il-Kunsill Nazzjonalli tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema ta’ Radju Malta 1 għall-għajnuna bix-xandir tal-programm.