
F’dan l-episodju mis-sensiela Taħt il-Qoxra Rachelle Deguara tkellmet ma’ Richard Attard.
Mal-mistieden tkellimna dwar l-ispunti storiċi fir-rumanzi tiegħu, il-figura ta’ Vassalli u l-importanza tal-qarrejja għall-awtur, fost oħrajn.
Isma’ l-intervista sħiħa hawnhekk.
Richard Attard huwa awtur ta’ rumanzi tal-avventura u l-azzjoni. L-ewwel xogħol tiegħu kien ir-rumanz Il-Kodiċi Vassalli fl-2009, imbagħad Ix-Xabla Leġġendarja, L-Aħħar Vjaġġ u Difrejn il-Falkun.
Il-Kunsill Nazzjonalli tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema ta’ Radju Malta 1 għall-għajnuna bix-xandir tal-programm.