Fil-programm ta’ dil-ġimgħa nitkellmu mal-awtur tar-rumanz rebbieħ tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Is-Sriep Reġgħu Saru Velenużi (Merlin Publishers, 2012), Alex Vella Gera u d-direttur tal-adattament tiegħu f’film, Martin Bonnici. Magħhom iddiskuttejna l-aspettattivi tagħhom għall-udjenza minn din il-produzzjoni, il-proċess ta’ ħidma wara r-rumanz u l-film, u l-mod kif dan ix-xogħol jirrifletti fuq ir-realtajiet soċjali u politiċi f’Malta tat-tmeninijiet u tal-lum il-ġurnata.

Is-Sriep Reġgħu saru Velenużi se jiddebutta fiċ-ċinema lokali nhar il-Ġimgħa 6 t’Awwissu fl-Eden Cinemas u ttella’ bl-appoġġ tal-Fond għall-Adattament Ċinematografiku tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb.

Kotba diskussi f’dan il-programm:

Is-Sriep Reġgħu Saru Velenużi (Merlin Publishers, 2012)

Infakkru lis-semmiegħa li fl-istess ħin dan l-episodju qed jixxandar fuq Radju Malta.


Share Article