Fl-ewwel episodju ta’ din is-serje ġdida, Luke Galea jitkellem mal-poeta Claudia Gauci dwar il-memorja, in-nostalġija, u l-vulnerabbiltà tal-awtur fil-ktieb ta’ Immanuel Mifsud Fl-Isem tal-Missier (u tal-Iben) (Klabb Kotba Maltin, 2010), u fil-ġabra ta’ poeżiji tagħha Max-Xatt tat-Tamarisk (Kotba Calleja, 2022).

Claudia Gauci tgħallem il-Malti fil-Junior College u hija wkoll traduttriċi. Fl-2022 ippubblikat it-tieni ġabra ta’ poeżiji tagħha, Max-Xatt tat-Tamarisk, (Kotba Calleja). Ittraduċiet diversi kotba tat-tfal għall-Malti għal Merlin Publishers, fosthom, Magni taż-Żmien (2018) li kien rebbieħ tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb fl-2019. Hija membru attiva tal-organizzazzjoni Inizjamed. 

Kotba dikussi f’dan l-episodju:

Immanuel Mifsud, Fl-Isem tal-Missier (u tal-Iben) (Klabb Kotba Maltin, 2010)
Claudia Gauci, Max-Xatt tat-Tamarisk (Kotba Calleja, 2022)

Markapaġna hija produzzjoni tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb imxandra b’kollaborazzjoni ma’ MaltaToday.
Segwi fuq Facebook, YouTube, jew bħala awdjo fuq Spotify u Apple Podcasts.


Share Article